Il-Park Nazzjonali f’Ta Qali se jospita edizzjoni oħra ta’ Farson Beer Festival 2024- 10 t’ijiem ta’ mużika u divertiment għal familja kollha.
Apparti l-areas mużikali li jinkludi ġeneri ta’ mużika differenti se jkun hemm ukoll artisan market, areas għal ikel u area li tospita lit-tfal b’mod sigur.
Steve Borg, il-koordinatur tal-Beer Fest 2024 spjega kif lura f’November 2023, iċ-Chairman tal-Park Nazzjonali Jason Micallef u tim kollu ħadmu bis-sħiħ sabiex jassiguraw li din is-sena l-festival jingħata dimenzjoni differenti.
Qal, “Din is-sena iffukajna sabiex nikkonservaw l-ambjent tal-Park li għadu kif ġie rinovat. Kienet sfida kbira sabiex induru bis-set up tagħna madwar l-istess park, f’post daqshekk uniku, imma bis-saħħa tal-koperazzjoni kbira li sibna wasalna”.
Minn naħa tiegħu is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia iltaqa’ mal-organizzaturi tal-festival li issa sar appuntament annwali ta’ kull Sajf.
Tenna, “Sodisfatt immens nara l-investiment li għamilna fi spazju ieħor tal-Park Nazzjonali jissarraf b’mod li minnu jista jgawdi kulħadd, f’kull ħin tal-ġurnata. Park li għal darba oħra se jerġa jieħu il-ħajja bil-mużika għaż-żgħażagħ tagħna, għal familji tagħna kif ukoll għal ammont kbir ta’turisti. Dan jibqa’ l-impenn tagħna li jkollna il-postijiet adegwati biex organizzaturi bħal ta’ llum jfittxu areas simili fejn jtellgħu l-attivitajiet tagħhom li minnhom igawdi kulħadd”
Preżenti ukoll ic-Chairman tal-Park Nazzjoni, Jason Micallef fejn tenna is-sodisfazzjoni tiegħu.
Stqarr, “Hu dejjem ta’ sodisfazzjon kbir kif permezz tar-rigenerazzjoni li wettaqna u li għadha għaddejja fil-Park Nazzjonali, qed nattiraw fost l-akbar avvenimenti f’Malta f’dal-kaz il-farsons beer festival.”