Infetħu n-nominazzjonijiet għall-premju ħaddiem tas-sena u f’kuntest li l-ekonomija sejra tajjeb ħafna l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Helena Dalli, spjegat il-bżonn li x-xogħol tal-ħaddiema jiġi ppremjat.
Hija sostniet kif riżultat ta’ iżjed investimenti f’Malta, qed jiġu mħarrġa u impjegati iżjed persuni li jwassal biex dawn isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom. L-għan prinċipali ta’ dan il-premju huwa li jiġi ppremjat l-aqwa tim.
Din is-sena ser naraw kategorija ġdida li tippremja dik l-ażjenda li tagħti aktar każ is-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol.
Hija saħqet li dan il-premju mhuwiex biss ċelebrazzjoni, iżda wieħed li għandu jservi għan edukattiv.
Intqal ukoll li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol se tkun qed taħdem id f’id biex aktar ażjendi jkollhom ‘best practices’ ta’ saħħa u sigurta’ fuq il-post tax-xogħol.