- Il-fondi li nġabru waqt il-Premiere kienu b’riżq il-Fondazzjoni Marigold
- Għall-Premiere ġie Malta rappreżentant minn Disney Studios
Kien lejl mistenni minn bosta, dan hekk kif il-Ġimgħa filgħaxija ġie mniedi Malta wieħed mill-aktar films mistenni ta’ din is-sena tad-Disney, Beauty and the Beast. Dan wera li kien lejl ta’ suċċess hekk kif bosta attendew bi ħġarhom.
Kienet serata maġika għal kull min attenda għal-lejl speċjali li fih sar il-Premiere ta’ dan il-film, b’ riżq il- Fondazzjoni Marigold, gewwa l-Embassy Cinemas fil-Belt Valletta.
Fil-lejl tal-Ġimgħa, Malta nghaqdet flimkien mal-akbar pajjiżi minn madwar fid-dinja fejn fl-istess ġurnata saru l-Premieres ta’ dan il film.
KRS Distributors, li ġabu dan il-film ġewwa Malta, xtaqu li permezz ta’ dan il-film tant mistenni jgħinu wkoll lill-Fondazzjoni Marigold, fondazzjoni li tagħmel ħafna ġid. Għal dan il-Premiere attendiet il-mara tal-Prim Ministru, is-Sinjura Michelle Muscat, li hi ċ-Ċerpersin tal-Fondazzjoni Marigold, flimkien ma’ Mark King, rappreżentant ta’ Disney Studios, li gie Malta propju ghal din l-okkazjoni.