Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti, b’riżultat tal-pandemija tal-Coronavirus, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ħabbru li ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Preċett u tal-Griżma tal-Isqof, li kienu ppjanati għal qabel is-sajf huma posposti għal aktar tard sa meta s-sitwazzjoni titjieb.
Dan filwaqt li l-festi kollha li kienu ppjanati li jsiru fil-parroċċi u fil-knejjes sal-aħħar ta’ din is-sena jistgħu jsiru biss wara li l-awtoritajiet tas-saħħa jkunu taw il-permess li jistgħu jinġabru flimkien nies f’attivitajiet pubbliċi.
L-isqfijiet qalu li din is-sena, il-festi kollha jsiru f’forma biss ta’ pellegrinaġġ ta’ talb bil-vara meqjuma fil-festa u quddiesa tal-festa fil-Knisja.
Il-Kurja qalet li mhux se jkun hemm ċelebrazzjonijiet oħra interni u esterni li jfisser li l-festi ta’ barra mistennija jitħassru.