Il-Forum Unions Maltin u s-Segretarju Permanenti Ewlieni ltaqgħu it-Tnejn, kif imwiegħed, fejn l-uffiċjali tal-For.U.M. ressqu l-pożizzjoni tagħhom dwar l-abbozz tal-liġi dwar l-amministrazzjoni pubblika fejn ġew diskussi numru ta’ klawżoli tal-abbozz.
Fi stqarrija, kien ikkonfermat li s-Segretarju Permanenti Ewlieni assigura li l-For.U.M. ser tkun involuta fid-diskussjonijiet matul il-fażi tal-implimentazzjoni.