Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxa baqgħet l-istess: favur l-interessi tagħna.
Il-Gvern isostni li bħala pajjiż ma nistgħux naqblu ma’ one-size-fits-all hekk kif propost permezz tal-armonizzazzjoni tat-taxxa. Dan jista’ jpoġġi f’periklu s-servizzi finanzjarji f’pajjiżna u għaldaqstant il-Gvern se jibqa’ jaħdem sabiex jissalvagwardja l-interessi ta’ pajjiżna.
Wieħed għandu jfakkar li l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji hi entità indipendenti. Is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni b’referenza għal stqarrija maħruġa mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għal dan il-qasam qal, li wieħed irid jgħid li jkun aħjar għall-Oppożizzjoni li tikkjarifika l-pożizzjoni mal-Membri Parlamentari Ewropej tagħha stess.