It-tkabbir tal-industrija tal-gaming f’ Malta mhuwiex biss riżultat ta’ iktar kumpaniji li qed jistabblixxu rwieħhom f’pajjiżna, iżda wkoll riżultat tat-tkabbir tal-kumpaniji eżistenti.
Eżempju ta’ dan hija l-kumpanija Aspire Global li tipprovdi servizzi lill-kumpaniji tal-gaming oħra madwar id-dinja.
Tsachi Maimon, il-kap eżekuttiv t’ Aspire Global stqarr magħna li ftit wara li twaqqfet il-kumpanija barra minn xtutna fl-elfejn u ħamsa, itteħdet id-deċizjoni li jirrikolaw f’ Malta u fid-disa’ snin li ilhom f’ pajjiżna, il-kumpanija kibret b’ rata mgħaġġla tant li saħansitra fl-aħħar ġimgħat tħalliet tinkiteb fil-borża tal-Iżvezja.