Il-union tal-Pulizija rreaġixxiet għal rappprt li deher fuq il-midja Nazzjonalista fejn dehru bosta uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija deħlin fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Il-union ċarat li mhux kull persuna li dehret fil-filmat dieħla d-depot tinsab taħt investigazzjoni, li fosthom kien hemm membri tal-istess union.
Il-POU tenniet tgħid li dawk l-individwi li dehru fil-filmat imxandar minn Net News huma parti minn skwadri differenti fi ħdan il-korp li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ din l-investigazzjoni iżda dakinhar li nġibed il-filmat kienu sempliċiment deħlin għax-xogħol.