Illum il-Portugiżi qed jivvotaw fl-elezzjoni bikrija.
L-elezzjoni ssejħet wara li m’għaddiex il-vot għall-budget f’Novembru li għadda.
Hemm inċertezza dwar min se jirbaħ din l-elezzjoni, u din kompliet tiżdied hekk kif huwa mistenni li joħorġu ftit nies jivvotaw.
Fil-fatt, skont rapporti fil-midja, hemm mal-10% tal-popolazzjoni jinsabu fi kwarantina. Madanakollu, l-Gvern Portuġiż ippermetta lil dawk li huma pożittivi għall-virus biex joħorġu jivvotaw.
Dawk li jinsabu fi kwarantina jistgħu joħorġu jivvotaw fl-aħħar siegħa qabel tintemm il-votazzjoni, jiġifieri fis-sebgħa tal-lejla. Dan sar biex titħares s-saħħa u s-sigurtà waqt il-votazzjoni.