Għalkemm jidher li seta’ kien hemm interess minn bliet bħal Porto, li xtaqu jospitaw il-Eurovision, kollox jindika li Lisbona se tkun qed tospita t-63 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.
Silva żied jgħid li l-budget għall-organizazzjoni ta’ dan il-festival mistenni jlaħħaq it-30 miljun ewro u l-flus se jiġu minn fondi pubbliċi, reklamar u l-miżati li jidħlu mill-pajjiżi li se jipparteċipaw.
Intant MEO Arena, li tinsab ftit ‘l bogħod mill-ajruport internazzjonali ta’ Lisbona mistennija tkun is-sala fejn se jsir il-Eurovision.
Is-sala li tesa’ 20,000 ruħ hija ideali biex tilqa’ fiha dan l-avveniment. Dawn l-iżviluppi immedjati mill-Portugall jikkuntrastaw bil-kbir mal-organizazzjoni Ukrena li sa ftit tax-xhur ilu kien għad kellha intoppi kbar fuq kif se jitella’ l-festival.
Wara r-rebħa ta’ Salvador Sobral, l-entużjażmu fost il-Portugiżi huwa kbir u bosta sostnew li jridu jospitaw il-Eurovision bl-aħjar mod. Intant hawn isfel tista’ tara ritratt tal-folla ta’ nies li nġabret il-mitjar biex tagħti merħba t’eroj lil Sobral hekk kif wasal lura l-Portugall.