Il-Partit taċ-Ċentru Lemini fil-Portugal, rebaħ l-elezzjoni ġenerali, bi ftit voti, tant li ċ-ċans li jifforma Gvern b’maġġoranza, huwa minimu.
Il-mexxej tal-Alleanza Demokratika, Luís Montenegro qal lill-partitarji tiegħu li l-poplu Portugiż ivvota għall-bidla, minkejja li ż-żewġ partit ewlenin, kisbu 29% tal-voti tal-elettorat.
Diversi kummentaturi politiċi, qalu li l-Portugal qed jiffaċċja l-aktar Parlament maqsum fl-istorja, mit-tmiem tal-ħakma dittatorjali tiegħu.
10 miljun persuna, kellhom id-dritt li jivvutaw f’din l-elezzjoni, li saret nhar il-Ħadd, wara r-riżenja tal-eks Prim Ministru António Costa, li kellu jirriżenja minħabba allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni.
Pedro Nuno Santus, li ħa postu flok Costa, qal li se jkun qed jipprova jġedded il-pajjiż, li se jmexxi l-Oppożizzjoni, sabiex jagħti alternattiva.
L-Alleanza Demokratika, kisbet 79 siġġu, filwaqt li s-Soċjalisti, kisbu 77 siġġu.
L-ammont ta’ nies li ħarġu jivvotaw, laħħaq is-66%, minkejja li l-aħħar elezzjoni ġenerali seħħet biss sentejn ilu.
Dan filwaqt li l-partit tal-lemin estrem, Chega, huwa meqjus li se jkun it-tielet forza politika fil-Portugal.