L-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti, laqgħet il-ħatra ta’ Kummissarju Ewropew, għaż-żgħażagħ, il-ġustizzja bejn il-ġenerazzjonijiet, l-isport u l-kultura.
Dan filwaqt li awguraw lin-nominat Malti għal din il-kariga, Glenn Micallef, fejn intqal li dan l-irwol huwa kruċjali, sabiex iż-żgħażagħ jingħataw sehem aktar attiv, għal aktar espressjoni kulturali u sabiex is-settur tal-isport jimxi ‘l quddiem fl-Unjoni Ewropea.
Żiedu jagħrfu kif dan il-portafoll se jkollu impatt sinifikanti fuq it-turiżmu fl-Unjoni Ewropea, hekk kif dawn is-setturi jmorru id f’id mat-turiżmu, hekk kif pajjiżna se jibbenefika – favur aktar tkabbir ekonomiku.
Intqal li l-isforzi ta’ Micallef se jkunu pożittivi, se jkomplu jagħmlu lil pajjiżna destinazzjoni ta’ kwalità u b’ekonomija reżiljenti.