Il-popolazzjoni fiċ-Ċina rat l-anqas rata ta’ tkabbir f’deċenji sħaħ skont l-aħħar informazzjoni li ġabar il-Gvern tal-pajjiż.
Bħalissa l-popolazzjoni tgħodd kważi l-biljun u nofs, iżda r-rata ta’ tkabbir niżlet għal 0.53% minn 0.57% fl-aħħar għaxar snin.
Dawn iċ-ċifri issa jitfgħu pressjoni akbar fuq il-familji biex ikollhom aktar ulied.