“L-għażla li għandu quddiemu l-poplu hija ċara, Joseph Muscat jew Simon Busuttil?”
Dan kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat LIVE fuq ONE NEWS li qal li quddiemu l-poplu għandu deċiżjoni u għażla x’jagħmel. Dan b’reazzjoni għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li ma jridx li l-għażla tkun bejnu u Muscat
“Jew Joseph Muscat b’tim kompetenti ta’ ekonomisti biex l-ekonomija tal-pajjiż tkompli tikber, jew lil Simon Busuttil u Marlene Farrugia b’koalizzjoni ta’ konfużjoni li hija farsa nazzjonali.”
Il-Prim Ministru assigura liċ-ċittadini li dak kollu li rnexxielu jikseb Gvern Laburista mhux se jkun qed jintilef iżda aktar ħidma se tkun qed tinbena fuq dak li diġà sar.
“L-ekonomija qed tiġi affettwata minħabba l-attakki li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista,” il-Prim Ministru għal darb’oħra qal li m’għandu ebda problema bl-inkjesta maġisterjali. Il-Prim Ministru qal li b’serenità jassigura lill-poplu li qed “ngħid il-verità u b’serenità ngħid li m’hemm xejn.
B’referenza għall-ispin li għamlet il-midja tal-Partit Nazzjonalista, l-Prim Ministru qal li huwa spin bagħtut ħafna u li huwa seren immens u b’umiltà qed jitlob il-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi.
“F’dawn l-34 ġurnata se nkun qed nkompli naħdem, u se nkunu qed nuru fejn se nkunu mexjin u għal darb’oħra l-proposti li se npoġġu quddiemkom se nkunu qed inwettquhom.” – Prim Ministru