Il-poplu Olandiż qed jivvota fl-ewwel minn tlett elezzjonijiet kruċjali li għandhom isiru din is-sena, ta’ pajjiżi li jinsabu fiż-żona ewro.
It-tellieqa hija ddominata mill-partit tal-Prim Ministru Mark Rutte u minn dak ta’ Geert Wilders, li kkampanja kontra l-immigrazzjoni.
Rutte qal li l-elezzjoni hija opportunità għall-votanti biex jingħeleb it-tip ħażin tal-popoliżmu.
Wilders wiegħed li se joħroġ lill-Olanda ‘l barra mill-Unjoni Ewropea, jagħlaq il-moskeja kollha u jipprojbixxi l-Koran.