17,000 persuna
Daqshekk għenu l-Forzi Armati ta’ Malta, f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ u l-iżbark f’Malta. Huwa stmat li madwar 30% ta’ dawn il-persuni li ġew bil-baħar għadhom f’Malta. Minkejja wasliet limitati ta’ immigranti lejn Malta, il-Forzi Armati jibqgħu involuti b’mod attiv fl-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ.
L-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) illum ippreżentat lill-Forzi Armati plakek li jirrikonoxxu l-impenn kuraġġuż tas-suldati u l-ħaddiema li jsalvaw ħajjet refuġjati u immigranti fil-baħar.
Il-preżentazzjoni informali saret nhar il-Ġimgħa 23 Settembru, fil-kwartieri f’Ħal Luqa.
“Il-baħar Mediterran jibqa’ post perikoluż, fejn ħafna jitilfu ħajjithom. Din is-sena biss xi 3,500 persuna mietu jew għebu fl-attentat tagħhom li jsibu kenn fl-Ewropa” qal Mušk Schuler, rappreżentant tal-UNHCR f’Malta, qal.
Żied jgħid li huwa ċert li kieku ma kienx għall-ħidma mwettqa mill-istati membri Ewropej, inkluż Malta u l-Forzi Armati Maltin, in-numru ta’ nies irrekuperabbli waqt il-vjaġġi perikolużi ikun wisq akbar.”
Temm jgħid li “l-poplu Malti għandu jkun kburi l-irġiel u n-nisa tal-Forzi Armati għandhom rwol umanitarju vitali fis-salvataġġ ta’ mijiet u eluf ta’ ħajjiet fuq il-baħar”.