Wara kampanja diviża, l-poplu huwa għatxan għall-għaqda. Dan deher biċ-ċar mal-ħatra tal-ġurament tal-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat.
Il-folla miġbura fi pjazza San Ġorġ quddiem il-Palazz tal-President, inagħqdet flimkien u kantat l-Innu Malti. Fl-isfond tal-kuluri ħomor u bojod tal-bandiera Maltija.
Dan huwa s-sens ta’ għaqda li jħaddan Gvern Laburista taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat li se jkun qed jaħdem ma’ kull persuna ta’ rieda tajba li trid tara lil pajjiżna jimxi ‘l quddiem. Ara u għix dan il-mument mill-isbaħ: