Il-votanti jistgħu jużaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss biex isemmgħu l-vuċi tagħhom fuq il-ftehim finali ta’ Brexit.
Dan qalu s-segretarju tal-ambjent, Michael Gove li faħħar il-ħila ta’ Theresa May li żgurat il-ftehim fl-aħħar minuta biex jintemmu n-negozjati tal-ewwel fażi. Huwa sostna wkoll li jekk il-poplu ma jaqbilx mal-ftehim, jistgħu jbiddluh. Ir-rapporti jissuġerixxu li l-kabinett ser jiltaqa’ fid-19 ta’ Diċembru biex jiddiskuti l-pjanijiet ta’ Brexit.
Dan ħa jsir propju jumejn qabel ma l-Parlament joħroġ għall-vaganzi tal-Milied.