Mil-lum il-kumpanija Ponte Ferries bdiet tħaddem is-servizzi tagħha bejn Malta u Sqallija.
Il-kumpanija kellha tibda tagħti s-servizz minn Awwissu li għadda iżda waqfet is-servizzi minħabba kwistjonijiet legali.
Il-katamaran li għandu l-kapaċità li jakkomoda 600 passiġġier, jitlaq mill-Port il-Kbir fil-Belt Valletta għall-Port ta’ Augusta fi Sqallija.
Fi stqarrija l-Ponte Ferries qalet kif għal xahar sħiħ ser tkun qed toffri prezzijiet imraħħsa, partikolarment fil-jiem li bosta jmorru Sqallija għal skopijiet ta’ xiri.
Intant, kelliem għall-kumpanija rringrazzja lill-klijenti li fl-aħħar ġimgħat fehmu s-sitwazzjoni tagħhom.