Uffiċjali Russi qalu kif żewġ persuni mietu wara dak li huma sejħu bħala emerġenza fuq il-pont li jgħaqqad il-Krimea mar-Russja.
Il-midja internazzjonali qalet kif dan l-inċident mhux qed ikun meqjus bħala attakk, iżda bosta sorsi qed jgħidu li nstemgħu xi splużjonijiet kmieni t-Tnejn filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn mindu faqqgħet il-gwerra fl-Ukrajna, din mhux l-ewwel darba li kellu jingħalaq dan il-pont, meqjus bħala wieħed kruċjali ferm għar-Russja.
F’Ottubru li għadda ġew irrappurtati bosta splużjonijiet kbar u l-pont reġa’ nfetaħ kollu fi Frar li għadda.
L-unika stqarrija li ngħatat dwar il-każ tal-lum hija sabiex ħadd ma juża dan il-pont u jsibu rotta alternattiva, minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.