L-arkitett Taljan famuż Renzo Piano aċċetta li jissorvelja il-kostruzzjoni ta’ pont ġdid f’Genova, li se jieħu post dak li ġġarraf u ħalla mejta 43 persuna.
Fl-14 t’ Awwissu, parti mill-pont Morandi, li kien ilu mibni 51 sena, waqgħet bil-konsegwenza li kissret numru ta’ djar u vetturi li kienu taħt.
Il-proġett il-ġdid se jiswa iktar minn 200 miljun ewro u mistenni jkun lest fi żmien sena.
Piano huwa magħruf għad-disinji tiegħu ta’ diversi binjiet, fosthom ix-Shard f’Londra, il-kwartieri ta’ New York Times u l-Parlament Malti.
Żewġ kumpaniji li ngħataw il-kuntratt biex jibnu l-istruttura qalu li Piano se jkun inkarigat mill-proġett, li se jkun ibbażat fuq disinn li ressaq b’mod volontarjat u li għandu jservi sa elf sena.