Il-GRTU ħabbret li l-istazzjonijiet tal-Pompi tal-Petrol iddeċidew li l-azzjonijiet ser ikunu qegħdin jiġu temporanjament sospiżi, pendenti l-laqgħa li ser ssir għada bejn Uffiċċjali tal-GRTU u l-Ministru Joe Mizzi.
Fi stqarrija l-GRTU qalet li l-pompi tal-petrol jixtiequ kunu ta’ l-inqas inkonvenjent għall-konsumatur u fl-istess ħin juru rieda tajba biex jaslu fid-diskussjonijiet li ser isiru għada.
L-Azzjonjiet qed jiġu sospiżi għalissa u mhux eskluż li jekk id-diskussjonijiet ma jwasslux fi ftehim, l-pompi tal-petrol jiddeċiedu li jkomplu l-azzjonijiet.