Fi stqarrija, il-Kamra għall-Intraprizi Żgħar u Mejdi qalet li min nhar it-Tnejn li ġej il-pompi tal-petrol kollha f’Malta u Għawdex se jestendu l-ħinijiet tal-operat tagħhom.
ll-ħinijiet il-ġodda se jkunu mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-6 ta’ filgħodu sal-5 ta’ wara nofsinhar, filwaqt li s-Sibt se jsiru mis-6 ta’ filgħodu sas-2 ta’ wara nofsinhar. Intant fi Ħdud u Festi Pubbliċi, il-pompi se jaħdmu bis-sistema ta’ self-service li huwa disponibbli 24 siegħa kuljum.
Il-pompi tal-petrol se jkunu qed isegwu l-ftuħ ta’ diversi stabbilimenti f’Malta u f’Għawdex.