Intemmet il-kampanja Presidenzjali Amerikana u l-poplu tal-Istati Uniti qiegħed jivvota għal min se jkun il-ħamsa u erbgħin President tal-Istati Uniti.
Il-kandidati ewlenin – Hillary Clinton u Donald Trump – baqgħu jikkampanjaw saħansitra sa wara t-tokki ta’ nofsillejl tat-Tlieta filgħodu, b’rallies finali f’North Carolina u Pennsylvania. B’numru ta’ kelliema, mużika u ċelebrazzjonijiet.
Bla dubju spikka l-appoġġ tal-President attwali Barack Obama għall-kandidat Demokratiku Hillary Clinton, u kontra l-avversarju ewlieni – Donald Trump.
“Donald Trump is temperamentally unfit to be commander in chief. Don’t take my word for it. Listen to the Republicans who’ve refused to support him. He lacks a basic understanding of the world, justifies torture, suggests abandoning our allies. Over the weekend his campaign took away his Twitter account … because he’s erratic. If his closest advisors don’t trust him to tweet, why would any of us trust him with the nuclear code?”
Minn naħa tagħha Clinton kompliet tagħmel enfasi fuq il-ġid u l-istabilità li tista’ tkompli ġġib lill-Istati Uniti, iktar u iktar meta mqabbla mal-avversarju tagħha.
“There is a clear choice in this election: a choice between division or unity, between an economy that works for everyone, or only those at the top. Between strong steady leadership or a loose cannon who can put anything at risk.”
Minn naħa tiegħu Trump qal li l-Istati Uniti qed jitilfu ħafna xogħol li qed imur barra l-pajjiż, xi ħaġa li wiegħed se jreġġa’ lura. B’vot li jagħti r-riedni tal-pajjiż lura f’idejn il-poplu.
“Do you want an America ruled by the corrupt political class? Or do you want America ruled by you the people…the way it was supposed to be for a long time.”
Trump qed jipproponi lilu nnifsu bħala l-kandidat li se jġib bidla minn snin ta’ korruzzjoni.
“Corrupt politicians and their special interest have ruled over this country for a very long time. Today is our independence day. Today the American working class is going to strike back finally. Real change begins comes at repealing and replacing the disaster that is Obamacare.”
Minkejja l-isforzi tiegħu però, l-aħħar analiżi ta’ qabel l-elezzjoni wrew lil Hillary Clinton f’vantaġġ ta’ bejn erbgħa u ħamsa fil-mija.
Filfatt is-sistema ta’ early voting uriet żieda sostanzjali fil-votanti t’oriġini Sud-Amerikana li ħarġu jivvutaw. Ħafna jbassru li dan sar minħabba kliem dispreġjattiv li Trump qal kontra dawn il-persuni, li b’hekk ħarġu jivvutaw lil Clinton.
Fl-aħħarnett, f’diskors imqanqal Barack Obama ħeġġeġ lin-nies biex ilkoll joħorġu jivvutaw għall-President li jmiss.
“Then I am asking each and everyone of you to work as hard as you can this one last day to elect my fellow Americans: this fighter, this stateswoman, this mother, this grandmother, this patriot, our next President of the United States of America, Hillary Clinton.”