L-Erbgħa u l-Ħamis li ġej ser jitilgħu l-poloz għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja.
L-Erbgħa 1 ta’ April se jitilgħu l-poloz tal-bniet u s-subien għad-dħul fl-ewwel sena tas-sekondarja. L-ewwel polza hija tal-bniet fid-9:30 u warajha ssegwi l-polza tas-subien.
Il-Ħamis 2 ta’ April fid-9:30 se jitilgħu l-poloz tal-bniet tal-ewwel sena primarja. Filwaqt, li d-dati tal-poloz l-oħra se jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
Dawn il-poloz ta’ parteċipazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja se jixandru b’mod dirett fuq il-website www.knisja.mt. Dawn se jsiru ġo studio mingħajr preżenza tal-ġenituri u bl-inqas nies possibli minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Il-filmati ta’ din ix-xandira se jibqgħu aċċessibli online, anke wara li tispiċċa x-xandira. Ir-riżultati se jkunu aċċessibli fuq il-website www.knisja.mt.
Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq admissions@maltadiocese.org jew tista’ ċċempel fuq 79990224.