Il-Polonja żiedet il-forzi tagħha fil-fruntiera mal-Belarus.
Dan għaliex hemm il-biża’ ta’ sitwazzjoni mwergħa minħabba numru ta’ immigranti li jridu jaqsmu lejn l-Unjoni Ewropa. Saħansitra, qed jaqtgħu l-barbed wire sabiex jgħaddu.
Kelliem għall-Gvern Pollakk qal li fl-aħħar ħin inġabru mal-4,000 immigrant fejn il-fruntiera, filwaqt li mhux qed jiġi eskluż li n-numru jkompli jiżdied.
Il-Polonja, l-Unjoni Ewropea u anke n-NATO saħqu li l-Belarus qed jorkestra din il-problema, allegazzjoni miċħuda mill-Belarus.