Il-Polonja ngħaqdet ma’ diversi pajjiżi fl-Ewropa li qed jikkunsidraw miżuri ġodda minħabba s-sitwazzjoni tal-Coronavirus fil-kontinent.
Dan il-pajjiż wissa dwar iċ-ċans li jerġa’ jintroduċi ċertu restrizzjonijiet jekk l-infezzjonijiet ma jibdewx jonqsu fil-jiem li ġejjin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, ġew irreġistrati kważi tletin elf każ ta’ Covid-19 fil-Polonja, li jfissru żieda ta’ sbatax fil-mija fuq il-każijiet irreġistrati l-ġimgħa l-oħra.