Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ordnat lill-Polonja tħallas multa ta’ miljun ewro kuljum.
Din id-deċiżjoni ttieħdet dwar il-kwistjoni tas-saltna tad-dritt fil-pajjiż.
Dan hekk kif il-Qorti Suprema ta’ dan il-pajjiż kienet iddeċidiet li l-liġi Ewropea mhiex suprema għal dik Pollakka f’ċertu sitwazzjoni.
Barra din id-deċiżjoni, il-ġimgħa l-oħra, il-Parlament Ewropew ivvota favur biex l-Unjoni Ewropea tieħu azzjoni kontra dan il-pajjiż minħabba l-istat tas-saltna tad-dritt.
Dan l-aġir tal-Polonja kien ukoll diskuss waqt is-Summit tal-Kunsill Ewropew li sar il-ġimgħa li għaddiet.