Il-Polonja u Franza reġgħu daħħlu mill-ġdid miżuri ta’ lockdown bit-tama li jikontrollaw iż-żieda qawwija li qed jesperjenzaw fin-numru ta’ infezzjonijiet tal-Coronavirus.
Il-Polonja għalqet ħwienet, lukandi u faċilitajiet kulturali u sportivi għal tliet ġimgħat, hekk kif fl-aħħar jiem irrapportat l-ogħla numri ta’ każijiet minn Novembru s’issa.
Franza implimentat il-miżuri hekk kif hemm il-biża’ tat-tielet mewġa ta’ infezzjonijiet filwaqt li l-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel qed twissi illi x’aktarx se jkollha terġa’ timponi lockdown ieħor fil-Ġermanja.