Mill-bidu ta’ din is-sena, il-Polonja ħadet f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sa Ġunju li ġej.
Il-Presidenza Pollakka qalet li se tkun qed tiffoka primarjament fuq is-sigurtà, l-aktar minħabba l-Gwerra fl-Ukrajna, li tmur kontra l-prinċipji u l-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u qalet li se taħdem biex tirrispetta u tippromwovi dawn il-valuri.
Din il-Presidenza Pollakka qed tiġri f’perjodu fejn l-ekonomija Ewropea tinsab f’xifer riċessjoni.
Il-Ġimgħa filgħaxija, saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ din il-Presidenza, fejn attenda l-President tal-Kunsill Ewropew Antonio Costa u l-Prim Ministru Pollakk Donald Tusk.
Fid-diskors tiegħu, il-President tal-Kunsill Ewropew tkellem dwar l-importanza tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea lejn l-Ukrajnau kif, din is-sena, l-Unjoni Ewropea trid tkompli taħdem biex ikun hemm il-paċi f’dan il-pajjiż ġarr tal-Unjoni.
Għal din iċ-ċerimonja ma kienx hemm preżenti rappreżentant mill-Ungerija, li kellha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fis-sitt xhur li għaddew.
Bil-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ungeriż jakkuża lill-Polonja b’aġir desksritt tat-tfal.