Rafal Jacek Wlodarczyk, Pollakk ta’ 41 sena, instab qawwi u sħiħ, wara li kien irrapportat nieqes lill-Pulizija nhar it-Tnejn li għadda.
Huwa deher l-aħħar nhar il-11 ta’ Marzu 2017, fl-inħawi tal-Mellieħa. Infatti huwa nstab fil-Mellieħa stess.
Il-Pulizija għamlet kważi ġimgħa tappella biex min għandu xi informazzjoni dwar ir-raġel jgħaddiha lilha.