Dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, reġa’ wera kemm m’għandux x’joffri politikament u rrikorra biex jibbaża l-politika tieghu fuq il-gideb.
Dan kien il-messaġġ li għadda l-Partit Laburista permezz ta’ stqarrija, li nnotat kif quddiem il-kriżi interna li reġa’ jinsab fiha reġa’ rrikora għall-invenzjonijiet li mhu jemminhom ħadd. Iżda, din il-politika ta’ min m’għandux x’joffri għal pajjiżna.
Bernard Grech, li fil-Partit Nazzjonalista tant sar irrelevanti li lanqas f’ċentru tal-partit tiegħu stess ma ħallewh jidħol, reġa’ bbaża l-intervent tiegħu fuq il-qerq.
Hawn il-Partit Laburista żied jgħid, li saħansitra llum waqa fl-assurdità li l-midja tal-partit tiegħu tikkwota lill-Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija u fl-istess ħin hu jgħid li l-pulizija ma tkellmitx. Bernard Grech jew ma kellux internet, jew għal darb oħra m’għoġbitux ir-risposta.
Din il-ġimgħa l-midja tal-Partit Nazzjonalista u l-alleati tiegħu tawha għal sensiela ta’ gideb, minn dawk fuq kumpaniji tal-gaming li suppost se jitilqu minn Malta, għal dawk dwar il-mejtin li skont hu vvotaw, għal attakki personali fuq il-Prim Ministru li wkoll huma gidba.
Il-Partit Laburista temm jgħid li din hi l-politika ta’ min hu ddisprat u ma tgħallem xejn.