Bilkemm kienet għadha kemm għaddiet il-konferenza tal-aħbarijiet tal-Prim Ministru, li fiha tħabbar li l-Gvern se jagħti sebgħin miljun ewro lin-nies, li l-Partit Nazzjonalista ma ħariġx jattakka l-pakkett ta’ għajnuna u rifużjoni tat-taxxa.
Peter Agius, li reġa’ feġġ fid-Dar Ċentrali mal-ewwel beda jattakka l-għajnuna u r-rifużjoni tat-taxxa.
Peter Agius tenna, “Fir-rigward tat-tħabbira inverted commas tal-Prim Ministru llum.”
Għall-Partit Nazzjonalista, iċ-ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa sa massimu ta’ €140 u l-għotja addizzjonali sa massimu ta’ €200 hija soppa msaħħna.
Agius stqarr, “Din hija soppa msaħħna li Robert Abela ħareġ mill-fridge.”
B’dikjarazzjonijiet sinonimi ta’ Bernard Grech li kien jgħid li l-Budget huwa tal-virtual reality, il-Partit Nazzjonalista qal hekk ukoll.
Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista qal, “Dan huwa smokescreen.”
Il-Kandidat Darren Carabott stqarr. “Smokescreen.”
ONE News imbagħad staqsa x’kien għamel Gvern Nazzjonalista għall-pensjonanti u l-familji, bil-Partit Nazzjonalista qal li fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, l-ekonomija bdiet tipprospera.
Peter Agius qal, “Taħt Gvernijiet Nazzjonalisti l-ekonomija tagħna trasformat ruħha minn ekonomija li kienet tbati f’ħafna setturi għall-ekonomija li kienet tipprospera f’setturi ġodda.”
Intant b’rabta mal-attakk tal-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech għal pakkett ta’ stimolu ekonomiku ta’ €70 miljun, il-Partit Laburista qal li hekk jagħmel min jadotta politika tal-passat u jkun negattiv.
Apparti l-investiment ta’ €70 miljun fin-nies, il-Partit Laburista fakkar ukoll fil-ħemel ta’ miżuri li l-Gvern Laburista għamel waqt il-pandemija, fosthom il-Wage Supplement b’investiment ta’ €700 miljun u €100 miljun f’vouchers, barra miżuri oħra tal-Budget.
“L-ironija hi li dawn huma kollha inizjattivi li l-Kap tal-Oppożizzjoni sejħilhom tberbiq ta’ flus. Ironija ikbar hi li meta l-Partit Nazzjonalista għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta biss ħames bozoz”, saħaq il-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista nnota li llum il-Gvern żamm stabbli l-prezzijiet tal-enerġija u kompla jinvesti fin-nies.
“Id-differenza fit-tmexxija qatt ma kienet ċara daqs illum”, irrimarka l-Partit Laburista.
AQRA WKOLL: