Il-Partit Laburista qal li għax ma ngħatax raġun, il-Partit Nazzjonalista issa jrid jiddubita l-bżonn tal-konsultazzjoni mal-Kummissjoni Venezja.
Fi stqarrija l-Partit Laburista stqarr li hekk jagħmel min ikun supperv u l-istituzzjonijiet, kemm lokali u anke internazzjonali, jirrispettahom biss meta jkun jaqbel magħhom.
Dan intqal wara li fl-aħħar opinjoni li ngħatat mill-Kummissjoni Venezja, l-istess Istituzzjoni Internazzjonali kkonfermat l-pożizzjoni tal-Gvern Malti li l-emenda kostituzzjonali sabiex l-Awtoritajiet Pubbliċi jingħataw aktar poteri, mingħajr l-ebda preġudizzju lid-dritt ta’ smigħ xieraq għandha ssir permezz tal-emendi fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, b’mod partikolari l-artikolu 39.
“Din hi xi ħaġa li b’mod stramb u kurjuż ħafna l-Partit Nazzjonalista oppona bis-saħħa sa mill-bidu nett”, saħaq il-Partit Laburista li żied jgħid li ħadd ma jista’ jifhem għaliex il-Partit Nazzjonalista hu tant kontra din il-bidla li tkompli ssaħħaħ l-awtoritajiet regolatorji li f’pajjiżna, liema awtoritajiet għandhom irwol importanti x’jilagħbu fit-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.
Il-Partit Laburista temm jgħid li sal-lum, l-Oppożizzjoni qed turi li ma jinteressahiex u l-Partit ta’ Bernard Grech qed jibqa’ medhi f’aġenda u politika partiġġjana fejn l-istituzzjonijiet internazzjonali jirrispettahom biss jekk jara li bihom jista’ jsawwat lill-pajjiżna.