Sa fl-aħħar il-Partit Nazzjonalista se jimxi mad-deċiżjoni tal-Qorti u jneħħi l-billboards li jmorru kontra l-ispirtu tal-avviż legali li jaħseb biex pajjiżna ma jimtelix bil-billboards bl-addoċċ u mingħajr regoli ta’ xejn.
Il-Partit Nazzjonalista qal li dan se jagħmlu wara li l-Qorti reġgħet ddeċidiet li ma tilqax il-mandat li ressaq il-Partit Nazzjonalista dwar il-billboards politiċi.
“Għalhekk, b’mod immedjat, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed ineħħi l-billboards politiċi tiegħu mit-toroq Maltin u Għawdxin. Din id-deċiżjoni qed tittieħed b’rispett sħiħ lejn id-deċiżjoni tal-Qrati Maltin,” qal il-PN.
Żied li d-deċiżjoni tal-Gvern laqtet ukoll b’mod gravi u dirett lin-negozji, għaliex tefa’ piżijiet u obbligi finanzjarji ġodda fuq dawn l-istess negozji.
Dwar dan l-Avviż Legali, l-Oppożizzjoni diġà ressqet Mozzjoni fil-Parlament biex l-Avviż Legali 103 tal-2016 ikun revokat.