Fil-ħin li ġej il-Partit Nazzjonalista mistenni jmur il-Qorti biex jippreżenta proċeduri legali b’rabta mad-deċiżjoni li se tittieħed nhar it-Tnejn fuq l-impjant tal-gass f’Dellimara. Nhar it-Tnejn l-Awtorità tar-Riżorsi trid tiddeċiedi fuq il-permess aħħari. Il-Partit Nazzjonalista ilu sa minn qabel l-elezzjoni jopponi dan il-proġett u ma tilifx okkażjoni waħda milli jipprova jfixkel dan il-proġett u l-istess mistenni jibqa’ jagħmel fit-48 siegħa li ġejjin. Iktar tagħrif fil-ħin li ġej.