Il-Partit Nazzjonalista organizza attività barra l-Istamperija f’Tal-Pietà u l-messaġġ kien wieħed – li jrid elezzjoni ġenerali biex jitla’ fil-Gvern.
Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech għamel diskors mimli b’attakki kontra l-Prim Ministru u l-Partit Laburista, waqt li saħaq li hu jsir Prim Ministru u jkun fil-Gvern.
“Partit Nazzjonalista, Gvern ġdid għal pajjiżna”
Qabel il-Kap Nazzjonalista, tkellem ukoll is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino, li fil-messaġġ tiegħu qal li l-Partit Nazzjonalista se jiġbor il-flus għall-elezzjoni ġenerali.
“Nibdew niġbru l-fondi għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, tiġi meta tiġi, ħalli jkollna Gvern Ġdid Nazzjonalista.”
L-attakki ma naqqsux minn Bernard Grech, b’deputati warajh iżidu mal-atmosfera tal-għajjat.
Il-Kap Nazzjonalista, imbagħad, iddikjara li hu u d-deputati tiegħu huma l-gladjaturi.
“Gladjaturi veri.”
L-attività politika spiċċat kif bdiet, b’appell biex il-Partit Nazzjonalista jiġbor il-flus ħalli, skontu, ikun fil-Gvern.