Il-Partit Nazzjonalista ipprova jimbotta proposta fil-bord tal-Awtorità tax-Xandir biex l-istazzjon nazzjonali ma jxandarx il-messaġġ tal-Prim Ministru f’bidu ta’ sena ġdida. Il-messaġġ tal-Prim Ministru fl-okkażjoni tal-festi ilu jsir f’pajjiżna għal bosta snin. Tant li għamluh għal sena wara oħra l-eks Prim Ministri, fosthom Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi. Isir ukoll fid-demokraziji kollha madwar id-dinja.
Iżda, din id-darba l-Partit Nazzjonalista ddeċieda li ma jridx jisma’ lill-Prim Ministru Malti jindirizza n-nazzjon u tentattiv iddisprat għamlu f’laqgħa tal-Awtorità tax-Xandir illum. Messaġġi simili fi żminijiet ta’ festi jsiru wkoll mill-President tar-Repubblika u l-Arcisqof.
Il-konklużjoni tal-laqgħa kienet li l-messaġġ jixxandar.