L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar is-sitwazzjoni fil-Libja turi li l-Partit immexxi minn Adrian Delia reġa’ mhux jitlef okkażjoni waħda biex ikun partiġġjan. Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li f’ċirkostanzi fejn hu importanti li l-pajjiż ikun magħqud u fejn għandu jirbaħ l-interess nazzjonali, il-Partit Nazzjonalista għażel it-triq tal-konfront b’argumenti bla bażi.Meta l-Partit Nazzjonalista joħroġ jgħid li l-pajjiż tilef il-pożizzjoni strateġika fid-dinja diplomatika, jerġa’ joħroġ bħala partit negattiv. Dan għax fl-aħħar snin, pajjiżna kellu rwol importanti tant li ntgħażel bħala l-post għal summits importanti storiċi, u saru laqgħat importanti anke b’rabta mal-kwistjoni tal-Libja.
Il-Partit Nazzjonalista għandu jieqaf ikun partiġjan fuq kull suġġett taħt il-kappa tax-xemx u f’mumenti delikati ma joħroġx jagħmel stqarrijiet mgħaġġla u mhux ibbażati fuq il-fatti, żied jgħid il-Partit Laburista.