Il-PN partiġġjan f’kollox… anki fis-saħħa u l-interess tal-pazjent
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal kif il-Partit Nazzjonalista jipprova jiskorja punti politiċi fuq tilwima industrijali f’settur tant kruċjali f’pajjiżna bħalma hi s-saħħa hu tassew sinjal ieħor tal-politika fqira li tħaddan l-Oppożizzjoni, li fuq in-naħa tad-deċiżjonijiet ma ssibha mkien.
Il-Gvern irid jindirizza realtajiet bi sħab mas-settur mal-privat biex igawdi finalment il-pazjent u għalhekk kull diskussjoni għandha ssir f’dan l-ispirtu li jgawdu minnu n-nies.
Fis-settur tas-saħħa kompla l-investiment fl-aqwa apparat mediku u servizzi ta’ kura fil-komunità. Għalhekk anki l-investiment fl-aqwa riżorsa li għandu s-settur, il-ħaddiema li jaħdmu f’dan il-qasam u li jaqdu b’tant dedikazzjoni l-missjoni tagħhom. Ħaddiema bħall-infermiera, li gawdew mill-aqwa ftehim li tahom żidiet u l-aqwa kundizzjonijiet iżda li l-Partit Nazzjonalista attakkahom u gideb dwarhom.
Gidbiet li ġew iċċertifikati minn żewġ inkjesti indipendenti. Dwar dan, il-Partit Nazzjonalista baqa’ qatt ma talab skuża għax jimmuta quddiem is-sewwa magħruf imma tkellem biss biex ikun partiġġjan.
Il-PN qatt ma prova joħroġ b’soluzzjonijiet tanġibbli fil-qasam tal-emerġenza. Però huwa fatt magħruf li s-Shadow Minister, diversi drabi, qabel huwa stess mal-Ministru Abela dwar sħubija mas-settur privat. Iżda meta wasal iż-żmien tal-prova, Dr Delia partiġġjan kien u hekk baqa’.