L-avukat David Griscti jemmen li r-riżultat tal-bieraħ ifisser li l-Partit Nazzjonalista miet.
“The PN is dead,” kiteb Griscti fuq facebook ftit tas-sigħat wara li Adrian Delia spiċċa fuq quddiem fl-ewwel rawnd tal-elezzjoni għal Kap . Anke jekk il-kandidati ta’ Griscti, Said u Perici Calascione, flimkien ġabu iktar minn Delia l-President tal-AŻAD xejn ma deher kuntent bil-fatt li l-avukat Delia kiseb l-ikbar ammont ta’ voti.

Din id-dikjarazzjoni tkompli tixhed kif fil-Partit Nazzjonalista hemm qasmiet kbar li r-riżultat tal-bieraħ serva biss biex iżidhom.