Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli meta jitkellem dwar l-għoli tal-ħajja, speċjalment meta l-Kap tiegħu Bernard Grech attakka l-għajnuna kbira li l-Gvern qed jagħti fuq il-prezzijiet tal-enerġija.
Din l-għajnuna, maħsuba biex tgħin lill-familji u n-negozji, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista attakkaha iktar minn darba u sa din il-ġimgħa stess kelliem ewlieni tiegħu qal li l-Gvern għandu jibda jaħseb kif se jtemmha.
Il-Partit Laburista nnota li l-Partit Nazzjonalista mhux biss m’għenx lin-nies meta kien fil-Gvern, iżda li kien għalih illum il-Gvern iwaqqaf l-għajnuna.
Qal li l-Gvern għen lill-familji, filwaqt li baqa’ jżidilhom id-dħul b’inizjattivi bħaż-żidiet fil-pensjoni, iċ-children’s allowance u l-in-work benefit, fost oħrajn. In-nies jafu li, quddiem sfidi ta’ dan it-tip, huwa biss il-Gvern Laburista li kapaċi jkun ta’ spalla għalihom.