Fil-preżent m’aħniex noffru gvern alternattiv tajjeb. Iddikjara dan id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri permezz ta’ kitba fuq il-gazzetta Llum.
Spiteri rrimarka li l-PN irid isib direzzjoni, b’indikazzjoni li Bernard Grech mhux qed joffri dak li hu ta’ bżonn biex il-partit tiegħu jkun fit-tmun tal-pajjiż.
Hu kompla li minkejja li sa ftit żmien ilu n-Nazzjonalisti kienu jgħidu li l-PN jistà jirbaħ l-elezzjoni, illum l-istess nies u partitarji, fosthom Spiteri stess mhux qed jafdaw lill-PN bħala l-gvern alternattiv.
L-istess sentiment kien ta’ Alex Borg magħruf għal-allinjament tiegħu lejn il-faxxa ta’ Adrian Delia fejn fuq intervista mal-MaltaToday rrimarka kif bħalissa m’hawnx gvern alternattiv. Borg qal li l-alternattiva tista’ tiġi offruta bil-proposti.
“Pero they are looking for an alternative. Issa sta għall-Partit Nazzjonalista li joffri din l-alternattiva u l-alternattiva toffriha bil-proposti, bl-għaqda. Jiġifieri l-poplu hemm barra jtella’ lil xi ħadd fil-gvern li jarah magħqud.”
Alex Borg – Deputat tal-PN