Il-Partit Nazzjonalista mhux f’pożizzjoni li jgħid jekk hux se jagħmel rapport tat-telfa wara l-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu.
Mistoqsi f’konferenza tal-aħbarijiet it-Tnejn waranofsinhar, il-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius saħaq li l-Partit Nazzjonalista jiddeċiedi hu jgħidx lill-ġurnalisti jekk hux se jagħmel rapport tat-telfa li ġarrab il-partit taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech.
Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Agius dar kemm felaħ mal-lewża sabiex wieġeb mistoqsija diretta minn ONE News.
Skont Agius, il-Partit Nazzjonalista dejjem ħa r-riżultat tal-elezzjonijiet b’serjetà kbira.
Fl-aħħar ġimgħat Bernard Grech jwaħħal f’kulħadd barra fih innifsu.
Dwar il-problemi li għandu l-Partit Nazzjonalista fl-ebda mument ma assuma parti mir-responsabilità u saħansitra, f’diskors li għamel fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista wara l-elezzjoni, huwa spiċċa jgħid li l-problemi li għandu l-partit u li wasslu għall-ikbar telfa elettorali fl-istorja ta’ Malta sovrana jmorru lil hinn mit-tmexxija tiegħu.