L-Oppożizzjoni Nazzjonalista għadha trid tiddeċiedi jekk hux se tipparteċipa fil-Kumitat Parlamentari tal-Ħatriet Pubbliċi waqt li jsir il-grilling tal-persuna li tkun applikat biex issir Kummissarju tal-Pulizija.
Qal dan id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici waqt il-programm Dissett.
“L-Oppożizzjoni se tieħu sehem fil-kumitat parlamentari? Dak issa niddiskutuh internament fil-partit tagħna.”
Erbatax-il persuna applikaw għall-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija, bil-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, b’mod independenti, qiegħda tmexxi l-proċess biex timtela’ l-iktar kariga importanti fil-Korp tal-Pulizija.
Għall-ewwel darba fl-istorja, il-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija ser timtela’ wara sejħa pubblika u bi proċess ta’ skrutinju mill-Kumitat Parlamentari għall-Ħatriet Pubbliċi.
Proċess mhux biss konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja iżda jmur pass ‘il quddiem hekk kif il-Prim Ministru reħa minn idu l-veto dwar l-għażla tal-ogħla kariga fil-korp.
Fil-programm Dissett, Carm Mifsud Bonnici wera biċ-ċar li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista m’għandiex pożizzjoni dwar l-immigrazzjoni.
“Issorprendejtni li bla pożizzjoni fl-immigrazzjoni? Mhux parti mill-istrateġija tal-gvern ħalli f’idejn il-Gvern.”
Mifsud Bonnici għamel din id-dikjarazzjoni wara l-inkonsistenza tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
L-ewwel qal li l-immigranti għandhom jinżammu fuq vapur f’nofs ta’ baħar imbagħad ħareġ jattakka lill-gvern għax ħa din id-deċiżjoni.
B’Mifsud Bonnici ħareġ jattakka lil dawk li ġew b’mod legali f’pajjiżna.
“Kellek nies daħlu mill-Italja u ġew jaħdmu hawn Malta”