Justin Schembri, kandidat għall-Partit Nazzjonalista, kiteb fin-Nazzjon li l-Partit Nazzjonalista m’għadux jingħaraf. “Dan mhux il-partit li naf, dan mhux il-partit li rrid naħdem fih,” kiteb Schembri meta kien qed jirreferi għal mod kif l-oppożizzjoni qed tispiċċa maqsuma f’biċċiet.
Schembri qal li jrid partit li jispira lill-poplu li jinstiga u jwettaq il-bidla u li verament hu gvern alternattiv. Magħruf bħala wieħed tal-fazzjoni, Adrian Delia, għalkhekk Schembri jidher li kien qed jindirizza lil dawk tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil. Semma wkoll skopijiet malinni.
“Minħabba aġenda negattiva – forsi bi skopijiet malinni – mhux qed titħalla l-oppożizzjoni li naf li tista’ tkun taħt it-tmexxija attwali ta’ Dr Delia,” qal Schembri fl-artiklu tiegħu.
Fl-artiklu qal li li bħalu hemm ħafna oħrajn li ma jistgħux jgħarfu lill-partit nazzjonalista. Għalhekk talab għal diskussjoni serja, għal deċiżjonijiet serji u għal lealtà assoluta. Skont hu kulħadd irid jimxi wara l-arma.