Waħda mid-diffikultajiet li għandu l-Partit Nazzjonalista biex jippreżenta l-kontijiet finanzjarji tiegħu lill-Kummissjoni Elettorali, hija li professjonisti fis-settur qed jirrifjutaw li jiffirmaw, jew saħansitra jaħdmu, fuq dawn il-kontijiet.
Dan huwa riżultat tat-taħwid u t-tbażwir li ħadd ma jista’ jsib tarfu, liema taħwid kien maħsub ukoll biex juri sitwazzjoni aħjar milli hi jew li anke jaħbi d-‘dnubiet’ li fl-aħħar snin kienu fit-tmexxija tal-PN.
Irrappurtat dwar dan il-gazzetta Kullħadd fil-ħarġa tagħha tal-Ħadd, hekk kif fakkret li din il-ġimgħa kien żvelat f’risposta l-Qorti li għal ħames darbiet il-Kummissjoni Elettorali talbet lill-PN biex jippreżenta l-kontijiet tiegħu.
Li l-PN qed isib diffikultajiet biex isib il-professjonisti kellu jammettiha Bernard Grech innifsu, dan wara li kien gideb u qal li l-kontijiet preżentahom, xi ħaġa li ma kinetx minnha.
“Ikun hemm kultant kumplikazzjonijiet, ħafna drabi jkunu ħmerija, ikollok bżonn awditur u ma ssibx awditur mill-ewweL u allura ċerti commitments ma tagħmilhomx fil-ħin,”.
Iżda, min jaf l-affarijiet sew jaf li biex ma ssibx awditur jaħdimlek, trid tkun għokritu għajnejh minn ħaġa u saħansitra
Grech kien mistoqsi dwar dan.
“Int tapprezza li anke kull min imiss mal-politika jkollu iktar responsabbiltajiet. Dik waħda mill-ikbar seħtiet tal-politika.”
Intant, b’rabta ma’ dan il-Ħadd, l-editur tal-gazzetta it-Torċa, staqsa x’saltna tad-dritt jemmen biha l-Partit Nazzjonalista.
Dan apparti li rrimarka li bid-dikjarazzjonijiet tal-Kap is-Sibt, qed jikbru l-mistoqsijiet fuq il-vera raġuni, għax mhux isib awdituri li lesti jaħdmu ft-taħwida manja li hemm fil-finanzi tal-Partit Nazzjonalista.
Fil-fatt, l-editur tat-Torċa nnota li dawk li huma qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista u li appoġġjaw lil Bernard Grech biex ikun Kap meta tqaċċat Adrian Delia baqgħu b’fommhom mitbuq, dwar din is-sitwazzjoni.
L-editorjal tat-Torċa temm jgħid li l-Partit Nazzjonalista ilu fl-bżonn li jdur dawra madwaru u jirranġa daru l-ewwel u qabel kollox.
Għalhekk staqsa kif jista’ jaspira li jmexxi u jamministra l-finanzi tal-pajjiż jekk l-ewwel ma jirranġax tiegħu u jġibhom f-ordni? B’hekk ir-responsabbiltà aħħarija taqa’ fuq il-Kap li jrid iwarrab kull skuża u mill-aktar fis jirranġa s-sitwazzjoni jekk irid jittieħed bis-serjetà.