Il-Partit Nazzjonalista ma jridx li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali jagħmel rapport li janalizza jekk il-poplu gawdiex minn benefiċċji riżultat tal-Power Station tal-Electrogas.
Dan ħareġ ċar waqt laqgħa oħra tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi u li fiha mill-ġdid xehed l-Eks Prim Ministru Dr Joseph Muscat.
Fil-fatt, kien Dr Muscat li ssuġġerixxa li għandu jsir rapport ta’ dan it-tip mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali biex jara jekk il-poplu bbenefikax fuq tul ta’ żmien minn dan il-proġett.
Kien hawn li ċ-Chairman tal-Kumitat, id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott, għamel minn kollox biex jevita s-suġġett tant li dawwar id-diskors fuq l-istanding orders.
Dan hekk kif deher ċar li ma riedx li dan it-tip ta’ rapport jintalab mill-Kumitat kollu li jinkludi fih id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista.