Il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li kellu jsir fl-istess jum li l-Partit Laburista għamel il-Kungress fiċ-Ċittadella u f’Forti Sant’Anġlu, tħassar, wara li l-manifest elettorali ma tlestiex fil-ħin miftiehem.
Xi ħaġa li wasslet għal kritika interna lejn il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, li mhux biss wera kif erba’ snin ma kinux biżżejjed biex iħejji għal elezzjoni ġenerali, iżda wkoll minħabba l-għażla li għamel biex jinkiteb dan il-manifest.