Il-Partit Nazzjonalista ma jitlef l-ebda okkażjoni sabiex jattakka lill-Forzi Armati ta’ Malta.
Dan intqal fi stqarrija tal-Partit Laburista, hekk kif intqal kif il-Partit Nazzjonalista ma jinbidel qatt.
F’din l-istqarrija ntqal kif il-Maltin u l-Għawdxin mhux se jinsew li esponenti tal-Partit Nazzjonalista riedu jitfgħu s-suldati l-ħabs.
L-istqarrija tal-Partit Laburista qalet kif bħalissa l-partit ta’ Bernard Grech tkellem dwar il-promozzjonijiet fl-armata, liema promozzjonijiet il-Qorti diġà qalet li saru skont il-liġi, f’sentenza s-sena l-oħra.
Intqal kif meta ħarġet is-sentenza tal-Qorti, il-Partit Nazzjonalista kien waqa’ fil-muta, hekk kif il-Partit Nazzjonalista jitkellem biss biex jattakka l-armata u t-tmexxija tagħha.